Viva l-festa!

Image from maltainsideout.com

Viva l-festa!

Hemm min hu dilettant tal-karozzi.  Ohrajn dilettanti tat-teatru.  Jew tal-futbol.  Habibi Mark dilettant tal-fest.  U meta nghid dilettant, ma rridx infisser akkanit.  Imma iffissat. 

 

Jiftahar li l-wallpaper  tal-kompjuter tieghu hija stampa ta' Maria Bambina.  Ilhinkollu jghidilna kemm jiehu gost jerfa' l-vara fil-festa.  L-iskola, l-hena tieghu jigi bi flokk b'wicc il-Bambina stampat fuqu.  Dejjem fuq ix-xwieq jistenna l-jum tat-8 ta' Settembru meta jkun jista‘ jesprimi l-passjoni tieghu lejn il-festa ta‘ l-Isla bl-ikbar qawwa.

 

Nies bhal Mark difficli nifimhom.  Veru li l-festi jonoraw il-qaddisin li kienu dixxipli t'Alla u li huma xempji ta' dak li ghandna nkunu biex niksbu l-hajja ta' dejjem.  Veru li l-festa tifforma element importanti tal-kultura u tradizzjoni ta‘ pajjizna.

 

Madanakollu, jien mhux f'hekk nahseb meta nisma' l-kelma festa.  Minghajr ma jrid, mohhi mill-ewwel imur ghall-marci ta' filghodu fejn tara bosta nies f'sakra ma jarawx art.  Mohhi jmur ghall-innijiet mimlijin b'insulti u kliem li joffendi lil qaddisin ohra, jekk mhux l-istess qaddis imma ta' kazin iehor. 

 

Forsi jien qed inkun pregudikata.  Wara kollox, jien darbtejn biss mort il-festa f'hajti.  L-iktar ghax iddejjaqni l-folla u r-rassa, specjalment fl-eqqel tas-sajf meta l-festi jkunu fl-aqwa taghhom.  L-ewwel darba li mort kien hadni missieri meta kelli xi hames snin, u kien mohhni biss fil-candyfloss u fil-gugarelli li kienu qed ibigghu hdejn il-knisja.  Imbaghad, ricentament, shabi hajruni mmur il-marc ta' festa li naturalment mhux ha nsemmi biex ma noffendi 'l hadd.  Biex jikkonvincuni mmur, hbiebi ma semmewlix il-patrun jew il-funzjonijiet elaborati li ghamlu l-knejjes ta' dak ir-rahal f'isem dak il-qaddis.  Izda qaluli li kien ha jkun hemm hafna birra b'xejn.  Li l-alkohol kien ha jinbiegh bi prezz ridikolu.  

 

Ghaldaqstant, jien zgur m'hinix f'pozizzjoni li nipponta jdejja lejn id-dilettanti tal-festi Maltin li juzaw il-qaddisin patruni bhala skuza biex ikunu jistghu jitbellhu u jixxallaw.  Ghax nammetti, dan l-ahhar jien u shabi hekk ghamilna.  Izda naf li ahna mhux fil-minoranza.  U minn lenti oggettiv kemm jista' jkun, donnu li l-festi iktar qed ixaqilbu lejn celebrazzjonijiet pagani milli sagri. 

 

Nixtieq li l-festi - jservu ta' pont li jressaq il-poplu lejn Alla - aktar milli jigu mtappna bix-xorb zejjed.  Bil-glied li ma jaghmilx sens fejn ngelldu qaddis ma' qaddis iehor, jew kazin ma' kazin iehor, bhallikieku kienu sriedak ghal qatla.  Tkun tassew hasra jekk wara li jghaddu l-festi jibqa' biss hangover u l-ebda taghlima spiritwali. 

 

Dawn il-festi ihallu marka fuq fwiedna, jew fuq ruhna?

 

L-ghazla f'idejna.  

Dan l-artiklu ġie miġjub fuq r-rivista Flimkien.

 

 

facebook youtube twitter flickr