Xi tmur taghmel ic-Chaplaincy?!

Image from University Chaplaincy

Xi tmur taghmel ic-Chaplaincy?!

Min jasal b'ġirja għall-lectures li għandu bżonn jattendi u eżatt wara jitlaq lura d-dar... Min jitlajja fuq Atriju Vassalli jhalli iz-zmien jghaddi... jew jahli iz-zmien? Imbaghad hemm min jiddeċidi li jinkludi x'attivitajiet oħra barra l-istudju tal-kors u għalhekk jidħlu ġo xi għaqda jew oħra. Jien minn dawn ta' l-ahhar! Ghazilt li inqatta l-hin liberu tieghi bejn lecture u ohra ic-Chaplaincy. Imma hafna jistaqsuni... ‘Xi tmur taghmel ic-Chaplaincy?' jew ahjar ‘X'inhu ic-Chaplaincy?' jew inkella ‘Fejn qieghed ic-Chaplaincy?'

Ic-Chaplaincy hija l-kommunita' li inholqot madwar il-Kappella. Il-Kappella? Dak il-bini b'Kappell Ahmar hekk kif tidhol l-Universita'! Kommunita' li fiha sibt hbieb bis-sens, li fiha nqatta' hini bis-sens, li fiha sibt lili innifsi u lill-Alla.

Kont ghadni studenta diehla l-Universita' u c-Chaplaincy baghatuli biex immur ‘freshers meeting'. Mort. Konna xi erba' hbieb, kollha mifxula, misthija u mhawda f'dan il-post kbir jismu l-Universita'. Imma waqt il-laqgha iltqajna ma studenti li diga ghaddew minn din l-esperjenza gdida... sahansitra fil-kors taghna imma sena qabilna. Serhulna mohhna... imma aktar u ahjar... saru hbieb taghna jew ahjar angli ghax kull meta kellna bzonn cempiltilhom. U esperjenza simili kienet l-istudent encounters - imma hawnhekk mhux sirt naf biss studenti imma l-lekturers tal-kors tieghi aktar mill-qrib! All'erwieh... dawn issa stajt inkellimhom jekk narahom fil-kuritur!

Min dawk l-esperjenza qtajtha li dawn tac-Chaplaincy kienu nies bis-sens ghax veru jafu dak li konna qed nghixu bhala studenti. U ghalhekk ridt induq aktar minn dawn l-esperjenzi. Bdejt minn esperjenzi tal-gost. Morna night hikes, BBQs jew DVD nights! Hemm issir taf in-nies u mhux Paceville f'xi bar tipprova taqbad ghajn dak jew l-iehor u tibqa' mal-erbgha li taf int! Kif sploda ic-cirku tieghi ta' hbieb! Kif sploda il-Facebook tieghi! U dawn kienu hbieb ta' veru, li niddiskutu affarijiet serji, b'valuri nsara, imma niehdu gost sew.

 

Imbaghad bdejna niltaqghu kuljum. Ghax forsi ma tafx ... imma fic-Chaplaincy mhux Kappella biss hemm! Hemm kmamar fejn tista' tqatta' gurnata shiha...tistudja wahdek, ma shabek, tiehu te', kafe', hot chocolate... U mhux xi kamra gorbog ta... dawn vera ‘funky'. Iddekorajnihom ahna bi stil vivaci. L-aktar li inhobb imma huma dawk il-bean bags komdi biex tintefa' fuqhom ghal xi hidma jew diskussjoni serja. F'Jannar u f'Gunju inqattghu granet shah nistudjaw flimkien u nissapportjaw lil xulxin fiz-zmien ta' stress.

Imma l-aktar importanti ghalija kienet li fic-Chaplaincy sibt lil Alla. ‘Mhux ovvja' ser tghidli! Fil-Kappella?! Le, mhux ovvja, ghax lil Alla kont ghadni ma skoprejtux, mill-quddies kollha li kont mort f'hajti. Imbaghad hajruni naghmel ‘Week of Guided Prayer' b biex nitghallem nibda nitlob bis-serjeta'. U ma dan bdew hergin il-mistoqsijiet kollha fuq il-fidi- Kif il-Mulej mhux dejjem jismaghni? Jew Kif ser nisma' lil Alla? Jew ‘Alla x'jixtieq minni?'. U ghalhekk bdejt direzzjoni spiritwali mac-Chaplain - Fr. Michael.  Minn hemm thajjart naghmel irtir fis-silenzju! Qatt ma hsibt li jirnexxieli naghmel tlett ijiem ma nitkellimx... imma kienet esperjenza tal-genn... hekk tisma' lil Alla jitkellem zgur! Issa immur il-Quddies ghax veru nhoss li niehu l-hajja minnha. Issa zmien il-Milied u l-Ghid il-Kbir niccelebrahom ma shabi fejn bil-kreattivita taghna stess niccelebraw dawn l-festi liturġiċi b'mod ferrieħi u kollha ħajja. Issa kollox jaghmel sens!

Ghalija l-universita' mhux post biss ta' studju, iżda huwa post fejn kbirt fil-personalita' tiegħi u nispera li minn dan kollu nkun ta' aktar servizz kif fil-ħajja tiegħi.   

Ghal min jixtieq isir jaf aktar fuq ic-Chaplaincy: tel no. 2340 2341, facebook Chaplaincy Uni u e-mail: chaplaincy@um.edu.mt

Dan l-artiklu ġie miġjub fuq r-rivista Regina et Mater 2000

 

 

facebook youtube twitter flickr