The Finest Maltese & African Values

Bernard Mallia SJ[Click here for English translation]

'...Ir-raguni li bhala Malti nhossni ‘at home’ jew f’posti  f’ hafna pajjizi differenti tal-Afrika tal-Lvant u bnadi ohra ta’ l-Afrika hi li hemm valuri kulturali fundamentali li nsibhom jaqblu sew ma’ dak li fundamentalment jien bhala Malti...'


Fr. Bernard Mallia SJ entred the Society of Jesus in 1959. A year after ordination in 1973 he was sent to work as a missionary in Tanzania Africa. In 1986 he was sent to Sudan. He is presently in South Sudan which became an independent state on 9 July 2011. 

L-AHJAR VALURI MALTIN U AFRIKANI

Jiena Gizwita li issa ili madwar seba’ u tletin sena fl-Afrika tal-Lvant.  Nista’ nghid bla tlaqliq li dejjem hassejtni u nhossni li sibtha u ghadni nsibha haga iktar hafifa nghix hemm milli f’hafna postijiet fl-Ewropa, kif ukoll f’Malta, sa certu pont, minhabba li l-valuri kulturali-religjuzi-socjali f’Malta qed jinbidlu ftit jew wisq malajr, ghalkemm jista’ jkun ukoll li jekk qed nitilfu b’xi mod certi valuri sbieh li kienu fl-gheruq tal-kultura Maltija jista’ jkun ukoll li rbahna jew qed nirbhu xi ohrajn ukoll.   

Izda dan ma nistghax nitkellem fuqu hawn u se nishaq izjed fuq valuri li kienu u hafna drabi ghadhom isawwru l-identita’ taghna bhala Maltin.  Ir-raguni li bhala Malti nhossni ‘at home’ jew f’posti  f’ hafna pajjizi differenti tal-Afrika tal-Lvant u bnadi ohra ta’ l-Afrika hi li hemm valuri kulturali fundamentali li nsibhom jaqblu sew ma’ dak li fundamentalment jien bhala Malti. 

Fost dawn il-valuri nsibu: is-sens ta’ girien li jafu jmorru tajjeb bejniethom; li huma dhulin u jilqghu tajjeb lill-barranin; il-familja wiesa’ jew estisa (extended family) fejn il-familja nuklejari mhux biss mhix izolata izda, ghall-kutrarju, hemm rabta tajba bejn dawk kollha li jigu minn xulxin fil-waqt li l-familja nuklejari dejjem tibqa’ irrispettata; huma ta’ xejra religjuza minnhom infushom; li jhobbu jithalltu u jiltaqghu man-nies, u li jimpurtahom mill-ohrajn b’mod pozittiv u hekk issibhom socjevoli hafna, jew, fi ftit kliem, huma iktar minn taghna, kif nghidu bil-Malti .

Girien tajba

Is-sens qawwi ta’ girien insibuh l-aktar fit-Tanzania, tant li l-ewwel President li kellhom meta hadu l-Indipendenza, il-maghruf u meqjum Julius Kambarage Nyerere, kien hareg bil-filosofija socjali li bl-ilsien Swahili isejhulha “undugu”, li tfisser li kulhadd ghandu jghix ta’ ahwa, b’mod li hadd, kemm individwi u kemm gruppi, zghar jew kbar, tac-cittadini m’ghandhom qatt jinqatghu jew ifendu ghal rashom izda ghandhom iqisu ruhom bhala ahwa halli hekk igibu l-ghaqda bejniethom li tghinhom jahdmu id f’id ghal gid ta’ kulhadd kemm fis-setturi lokali kif ukoll fis-settur nazzjonali.  Fuq din il-filosofija tal-hajja ried jibni nazzjon tassew maghqud fuq il-politika socjali tas-soċjaliżmu b'wiċċ uman.

M’ghandnix xi nghidu, mhux kulhadd kien dejjem jaqbel  mieghu f’dan ghax mhix haga hafifa tgheleb it-tendenza komuni li wiehed jigbed lejn xawatu meta jara l-opportunita’.  Imma Nyerere ma qabadx u nvinta dil-filosofija, li - nghiduha - hi veru kemxejn idejalista, ghax kienet imsejsa sew fuq is-sens qawwi ta’ girien tajba li ssib generalment fost in-nies tat-Tanzania.  Das-sens tista’ ssibu mxerred hafna wkoll fl-Afrika kollha, bejn wiehed u iehor.   Ahna l-Maltin ghandna hafna minnu wkoll, sa certu pont, l-aktar fl-irhula, bhal meta ssibna dejjem lesti naghtu daqqa’ t’id lil min ikun fil-bzonn.

Dhulin u jilqghu il-frustiera

Ahna l-Maltin dejjem konna u ghadna maghrufin ghal dan, tant li wkoll fl-Atti ta’ l-Appostli, fil-Kapitlu 28, dan hu msemmi ghax il-Maltin laqghu tajjeb hafna lil San Pawl u lill-imgarrfin l-ohra fin-nawragju tieghu fuq xtutna.  Veru li kemm f’Malta u kemm fl-Afrika das-sens ta’ dhulija facilment gie u ghadu jkun abbuzat minn xi whud minn dawk li jintlaqghu tajjeb u wara minn seba’ jiehdu l-id, kif nghidu bil-Malti, flok ma jirringrazzjaw u jirreciprokaw.  Hekk gara li kemm Malta kif ukoll l-Afrika nxtehtu taht il-hakma tal-kolonjalizmu.  

Izda xorta wahda dal-valur sabih tad-dhulija u li tilqa’ tajjeb lill-barrani jibqa’ pozittiv hafna u tassew ta’ min ifahhru jekk jekk wiehed ikun ukoll bil-ghaqal u li jrid ikun irrispettat.  Din it-tjubija ssibha hafna tista’ tghid fl-Afrika kollha. 

Ghalhekk il-missjunarji, bhal San Pawl, gew milqughin tajjeb hafna u dan wassal l-evangilizazzjoni intlaqghet tajjeb ukoll, ghalkemm xi missjunarji setghu xi drabi abuzzaw dan u ma rrispettawx il-kultura li kienu jsibu halli huma wkoll jilqghu dak kollu li hu tajjeb u sabieh f’dik il-kultura indigena. 

Ghahekk illum, mindu l-Kuncilju Vatikan II kiber hafna u ghad irid jikber ijzed l-ispirtu tal-inkulturazzjoni tal-fidi Nisranija li  timxi if f’id mal-evangelizzazjoni tal-kultura. 

Il-familja wiesgha (extended family)

Valur sabieh iehor li b’xi mod issiblu xi tixbieh bejn l-Afrika u Malta hu dik li l-antropologisti jsejhulha ‘extended family’ li bil-Malti nisgthu nifhmuha fis-sens ta’ familja mifruxa.  Dan ifisser li l-familja nuklejari, kemm f’ Malta kif ukoll fl-Afrika, ma tantx insibuha jew anqas ma tista’ tghix maqtugha ghaliha.   

Nahseb dan ilu gej minn zmien zemzem li kull familja nuklejari f’Malta, kif ukoll tista’ tghid  x’aktarx kullimkien, imma forsi iktar fostna, tinsab dejjem marbuta xi ftit jew wisq mhux biss ma’ dawk li jigu minnha iktar fil-qrib imma wkoll, b’mod inqas intens, imma wkoll hafna drabi ma’ dawk li jigu minnha iktar mill-boghod u ghalhekk b’mod iktar hafif. 

Dan ghandu hafna mill-kultura Afrikana fejn il-familja estisa jew mifruxa issibha iktar maghquda kemm mill-qrib u kemm mil-boghod.  Dan il-valur fl-Afrika bhal f’Malta, jibda iktar jiddghajjef iktar ma s-socjeta tkun ekonomikament avanzata, l-aktar fl-ibliet u inqas u inqas fl-irhula.  

Dat-tibdil fl-Afrika jiehu hafna iktar zmien ghax is-socjeta’ fl-Afrika ghadha marbuta ferm mat-tradizzjonijiet qodma.  Il-familja mifruxa f’Malta u fl-Afrika tista’ tkun ta’ fejda kbira ghall-familja nuklejari waqt li fl-istess hin il-familja nuklejari tista’ tkun ukoll ta’ ghajnuna ghall-membri l-ohra, sew fil-qrib u sew fil-boghod.

Xejra iktar religjuza

Dejjem nisimghu hawn Malta kemm sa minn dejjem kellna sens religjuz qawwi, imma li issa, li morna ‘l quddiem, qisu dan qed jibda jonqos hafna fostna, ghalkemm forsi ghad ghandna das-sens religjuz iktar milli nahsbu.  Hawn ukoll insibu xi jqabbilna b’xi mod ma’ l-Afrika fejn ix-xejra religjuza, bhal f’Malta, hija maghguna haga wahda mal-kultura tradizzjonali.   

Veru li dix-xejra ta’ kultura religjuza hija aktarx iktar qawwija milli f’Malta, tant hu hekk li hafna drabi, specjalment fejn ninsab nghix jien, fost il-grupp etniku Dinka, l-insara taghna dejjem jibqghu iktar marbutin mal-kultura religjuza tal-imghoddi b’mod li jkun difficli hafna tevangelizza l-kultura taghhom.  Dan jista’ jkun ukoll ghax forsi l-Knisja tal-post mhix tersaq qrib bizzejjed maghha ha tifhima ahjar u hekk tidhol fi djalogu iktar profound maghha halli jkun hekk qisu ‘simbiosis’ pozittiv nisrani bejniethom minghajr l-ebda sinkretizmu negattif.   

Fi gziritna din il-bidla f’xuljin (‘simbiosis’) tal-kultura u religjon tidher li ilha ssir matul il-medda twila taz-zmien, u jista’ jkun li biz-zmien dan x’aktarx se jigri wkoll fl-Afrika nisranija.  Izda nista’ nghid ukoll li fl-Afrika, bhal f’Malta, das-sens qawwi religjuz-kulturali jibda, kif ga beda, jihfief iktar malli s-socjeta’ timmordenizza ruhha iktar u iktar.  Imma, wara kollox, minkejja jew anke mal-modernizzazjoni das-sens ta’ kultura religjuza qajla jintilef.

Minn taghna

Nahseb dak li jghamilni nhossni ninsab iktar f’tieghi fejn jien fl-Afrika hu li n-nies generalment huma minn taghna hafna.  Forsi dan diga’ ghidnieh meta ghidna li l-Afrikani huma dhulin bhall-Maltin.  Imma hawn nishaq aktar fuq is-sens ta’ hbiberija komuni u hi haga iktar hafifa li n-nies jingiebu iktar bejniethom.   Dan insibuh hafna f’Malta wkoll imma fl-Afrika, forsi mhux kullimkien, dan issibu aktar mifrux.  Anke tmur f’xi ufficju, wara l-formalita’ tal-bidu malajr tikkomunika minghajr diffikulta’.    Issibhom ukoll jimpurtahom minn xulxin u mhux ala biebhom.  

M’ghandnix xi nghidu, bhal f’ Malta, tista’ ssib minn kollox, ghax tista’ tiltaqa’ ma’ min ikun migbud jew li jigbed biss lejn xawatu, imma dan dan ma ssibux fost l-Afrikani generalment.  Dan ukoll ghandu x’jaqsam mal-bidla tal-kultura ghax iktar ma nsiru sofistikati socjo-ekonomikament, kemm il-Maltin, u kemm Afrikani, isiru inqas mohhom fl-ohrajn u lesti jaghtu daqqa t’id lil min hu fill-bzonn. 

Dan, bhall-valuri kulturali ohrajn li semmejna, hu valur pozittiv hafna li kemm il-Maltin u kemm l-Afrikani ghandhom jghozzu jekk iridu mhux biss ijibghu imma jsiru dejjem izjed umani.

 Gheluq

 Hawn semmejt biss xi whud mill-valuri kommuni li kemm ahna u kemm hafna Afrikani nhaddnu.  Forsi tghiduli li hawn Malta qed naraw iktar nies mill-Afrika milli qatt qabel minhabba l-probema kbira tar-refugjati li hafna drabi bla ma jridu jkollhom jghaddu minn Malta ha jsibu post ahjar fejn ikunu jistghu jghixu, huma l-familja taghhom, b-iktar sigurta’ politika u finanzjarja milli minnfejn kellhom jaharbu  kontra qalbhom.   

X’aktarx hafna drabi nsibuhom naqra mgerrxin u qisu ma narawx fihom dawn il-valuri umani tant sbieh li, kif ghidt, ahna l-Maltin naqsmu wkoll ma’ l-Afrikani.  Dan hafna drabi gej mill-fatt li ma tantx isibu ruhhom milqughin tajjeb u hekk jaraw fina hafna biza’ minnhom li tkun tassew bla bzonn ghax kullmn jaf jersaq lejhom normali tghidx kemm tara dawk il-valuri li huma u ahna fil-fatt naqsmu.  

Bernard Mallia, sj.


Back to overview

facebook youtube twitter flickr