Irtir - siltiet mill-ktieb ta' Ġob

Nitolbu flimkien fuq siltiet mill-ktieb ta’ Ġob, meqjus wieħed mill-aqwa kitbiet fost il-Kotba tal-Għerf fl-Antik Testment.  Il-ktieb ta’ Ġob, li ġie miktub ‘il fuq minn 2500 sena ilu, jistaqsi bosta mistoqsijiet dwar għaliex inbatu.  Fejn hu Alla fit-tbatijiet tagħna?  Min hu Alla li nemmen fiH?  Flimkien nagħtu daqqa t’għajn mill-qrib dwar it-teoloġija tal-ktieb u l-mistoqsijiet li Ġob għamel lil Alla u li bosta drabi huma l-istess mistoqsijiet tal-bnedmin ta’ żmienna.
Dati: Mill-Ġimgħa, 4 ta’ Mejju p.m., sal-Ħadd, 6 ta’ Mejju, wara l-pranzu.
Imexxi: Fr. Pierre Grech Marguerat SJ
Post: Dar Manresa, Victoria, Għawdex.

Contact us 


Back to overview

facebook youtube twitter flickr