Rettur Ġdid għall-Kulleġġ San Alwiġi

Meħud mir-rivista maħruġ mill-Ġiżwiti Maltin, R+M2000Lil Ħbiebna

RETTUR ĠDID GĦALL-KULLEĠĠ SAN ALWIĠI

Fi Frar beda l-ħidma tiegħu bħal Rettur tal-Kulleġġ Fr Jimmy Bartolo. Se jkompli x-xogħol sabiħ li wettaq ir-Rettur ta’ qablu, Fr Patrick Magro.

Fr Jimmy għadu ġej lura minn studji fl-Amerika bi tħejjija għal din il-ħidma fl-edukazzjoni, wara bosta snin bħala Chaplain fl-Università ta’ Malta. Fr Patrick se jmur għal sitt xhur ħidma missjunarja fil-Kolombja. Wara se jidħol fil-ħidma maż-żgħażagħ universitarju.

Filwaqt li nirringrazzjaw lil Fr Patrick għal 10 snin ta’ servizz fil-Kulleġġ, nawguraw lilu u lil Fr Jimmy kull barka fil-ħidma ġdida li se jibdew.

Tlabnihom jaqsmu magħna xi ħsibijiet żgħar f’dan il-mument importanti fil-ħajja u l-ħidma tagħhom.

Fr Patrick qalilna hekk:

“Ħafna nies bħalissa qegħdin jistaqsuni: kif qed tħossok issa li ser tispiċċa minn Rettur il-Kulleġġ San Alwiġi wara li ilek għaxar snin f'din il-missjoni? Ikolli ngħid li nħossni kuntent li wara ftit li ġejt lura mill-istudji tiegħi intfajt b'ruħi u ġismi f'din il-ħidma mat-tfal u ż-żgħażagħ u ma jiddispjaċinix. Inħoss li tajt l-aħjar tiegħi. 

Ġiet tajba li s-superjuri tiegħi tawni din il-missjoni propju fis-snin fejn kelli ħafna enerġija x'noffri f'din il-ħidma. Inħoss li kelli nitgħallem ħafna u nikber, kemm fuq livell professjonali kif ukoll fuq livell personali. Il-ħidma mat-tfal, żgħażagħ u l-familji tagħhom ma hi faċli xejn u ġieli ħassejtni ngħażaq fl-ilma matul dawn is-snin. Imma nittama ħafna f'Alla li dejjem jilqa’ l-isforzi kollha tagħna u jbiddilhom hu f'barka għan-nies li tant iħobb. Issa, wara dan iż-żmien fil-Kulleġġ, inħossni ppreparat biex nilqa’ l-isfidi ġodda tal-missjoni l-ġdida tiegħi, l-ewwel fil-Kolombja u wara bħala Chaplain fl-Università.

Ninsab kuntent li wara ħafna snin ta’ servizz fiċ-Chaplaincy ta’ l-Università u wara l-istudji li għamilt f’Boston, issa ninsab Malta u qed noqgħod fil-komunità tal-Ġiżwiti f’Birkirkara. Diġa’ ltqajt ma’ diversi studenti, kapijiet assistenti u għalliema u qed inżur it-tliet skejjel u l-kumpless sportiv biex insir naf lill-ħaddiema u l-istudenti kollha.”

Fr Jimmy qalilna hekk:

Ninsab kuntent li wara ħafna snin ta’ servizz fic-chaplaincy ta’ l-Universita’ u wara l-istudji li għamilt f’ Boston, issa ninsab Malta u qed noqgħod fil-komunita’ tal-Ġiżwiti f’ Birkirkara. Diġa’ ltqajt ma’ diversi studenti, kapijiet assistenti u għalliema u qed inżur it-tliet skejjel u l-kumpless sportiv biex insir naf lill-ħaddiema u l-istudenti kollha. 

Inħossni grat ħafna lejn Fr. Patrick u t-timijiet kollha tat-tmexxija fit-tliet skejjel, għax-xogħol tajjeb li wettqu matul dawn l-aħħar snin. Il-Kulleġġ għadda minn diversi tibdiliet tajba għall-ġid tal-istudenti u nixtieq li nkompli nibdni fuq il-ħafna tajjeb li hemm bħalissa. Hija okkażjoni eccellenti biex aħna l-Ġiżwiti naħdmu id f’id ma’ ħafna lajci f’missjoni waħda. Ix-xogħol huwa kbir imma l-ġid li jista’ joħroġ mill-appostolat tal-edukazzjoni sħiħa tal-istudenti huwa infinit. Il-fiducja tiegħi tinsab fil-Mulej, fis-superjuri tiegħi u f’ħafna kollegi responsabbli, ġenerużi u dedikati lejn din il-missjoni. Grazzi mill-qalb lilkom ilkoll li għandkom għal qalbkom l-edukazzjoni tal-istudenti tagħna. L-appoġġ tagħkom huwa essenzjali biex inwettqu l-missjoni tagħna.

facebook youtube twitter flickr